C.D. Gdida mill-Banda Duke Of Connaught’s Own ta’ Birkirkara

SANCTA HELENA IMPERAX MAXIMA

Il-Banda Duke of Connaught’s Own ta’ Birkirkara ghal okkazzjoni tal-Festa Santa Liena tas-Sena 2010 harget C.D. gdida.  Waslet il-festa tas-Salib Mqaddes u f’ Birkirkara tigi ccelebrata din il-festa fit-3 ta’ Mejju fil-Kolleggjata Bazilika ta’ Santa Liena. Filfatt il-festa tigi ccelebrata fil-knisja bil-funzzjonijiet kollha, tridijiet u traslazzjoni solenni u l-quddiesa tal-festa. Fuq barra fil-jum tal-Festa tohrog il-processjoni bl-istatwa majestuza tal-Patruna Santa Liena u relikwa tal-Verulinju akkumpanjata mill-Banda b’ marci unici processjonali.
F’ din ic-CD hemm irekorjat l-innu di Gloria a Sant Elena flimkien ma’ Elogju lill-Santa Liena, Marci processjonali u Innu lill-Santa Liena li kien l-gheluq tal-Musical li tellghat is-Socjeta.
L-Innu di Gloria huwa tal-kompositur u fundatur tal-Banda Tommaso Galea li kien kitbu fl-1873 bi kliem ta’ Dun Gwann Bugeja. Dan l-innu propjament kien inkitteb ghal Banda kif kienet komposta dak iz-zmien bl’ istrumenti tal-Korda (Orkestrali) u maqlub ghall-Banda mis-Surmast Philip Gatt. Maestro Tommaso Galea waqqaf din il-Banda li twaqqfet fl’ 1865. Dam jokkupa l-kariga ta’ Surmast tal-Banda mill- 1865 sal- 1893 sa mewtu. Galea halla patrimonju muzikali lil din il-Banda ta’ Marci unici processjonali li f’ din ic-CD hemm zewg marci li qatt ma nstemmghu qabel.
Fl-istess CD hemm ukoll Elogju lil Santa Liena kompozizzjoni ta’ Ronnie Debattista u kliem ta’ Charles Mifsud. Kompozizzjonijiet tal-Marci Processjonali hemm ta’ Andrew Coleiro, Ronnie Debattista, Roderick Bugeja li huwa is-Surmast Direttur prezenti tal-Banda Duke of Connaught’s Own. Fl’ahhar apparti l-innu tal-Banda tas-Surmast Carmelo Brincat hemm ukoll it-tmiem tal-Musical “Helena” b’arrangament ghall-Banda u kompozizzjoni ta’ Omar Coleiro u kliem ta’ Pawlu Micallef.
F’ din C.D. hadu sehem it-Tenur – Joseph Aquilina il-Baritonu Alfred Camilleri il-Kor Marie Therese Vassallo Voice Studio u s-Solista – Neville Pace fuq il-Klarinet. Din giet irekkordjata fl-istudios tal-Banda stess “Madonna tal-Herba recording Studios” bl-enginieer Saviour Chircop u sound enginieer Alan Desira. L-akbar bicca xoghol kienet il-mixing tal-vucijiet biex xoghol intensiv tas-Surmast Direttur tal-Banda Roderick Bugeja fejn flimkien ma’ l-engineer Salvu Chircop irnexxilhom johorgu bilanc professjonali.

Ir-Ritratt tal-faccata tas-CD huwa ta’ l-istatwa antik u juri kif kienet qabel. Ghal dawk dilettanti ta’ l-innijiet u marci processjonali unici tkun idea tajba li takkwesta kopja ta’ din ic-CD mill-kazin tal-Banda fi triq il-Wied.