PROGETT AMBIZZJUZ FIL-KAZIN TAGHNA

Kif forsi tafu fil-kazin taghna, is-sede tas-Socjeta’, ghaddej xoghol strutturali kbir. Issa il-progett li qed isir fil-kazin ilu ghaddej gmielu u x-xoghol qed isir mill-membri volontiera biex niffrankaw hafna flus.
S’ issa l-ewwel parti ta’ dan il-progett tlesta billi taht is-sala tal-billiards thaffer basement kbir, tpoggew il-planki u tpoggew ukoll il-planki fejn issa gejjin il-billiards. L-ispejjez huma kbar imma qed insibu hafna koperazzjoni kemm b’ghajnuna finanzjarja u  kemm b’ghajnuna f’materjal tal-bini u ghodod minn diversi individwi. Bis-sahha ta’ dawn in-nies ix-xoghol miexi sew.
Il-kantina tal-kazin ukoll tniffdet mal-basement u filwaqt li qed titnaddaf, qed isiru xi alterazzjonijiet biex tkun tista’ tintuza.  Fl-istess hin tnaddaf ukoll bir biex  ikun jista’jigi utilizzat.
Issa ser tibda fazi ohra tal-progett fejn se jibda t-twaqqigh tal-parti l-antika tal-kazin. Hawn ix-xoghol irid isir bil-galbu u bl-idejn kemm minhabba in-natura tax-xoghol kif ukoll peress li ma jistghux jintuzaw ingenji.  Hawn nixtiequ niehdu l-okkazjoni biex nirringrazzjaw lill-perit taghna Simon P. Darmanin li ha hsieb il-permessi mehtiega mal-MEPA u  l-pjanti kollha filwaqt li qed jassistina kull meta jkun hemm bzonn waqt li jkun qed isir ix-xoghol. Nixtiequ  nghidu wkoll li l-perit qed jaghmel ix-xoghol kollu volontarjament u qed  jiffrankalna hafna flus.
Issa l-basement qed jitlesta wkoll. Giet moghdija is-sistema tad-dawl u beda x-xoghol tal-kisi u tibjid.  Nerga nfakkar li  x-xoghol kollu  qed isir mill-membri taghna.
Filwaqt li nixtiequ nirringrazzjaw lil kulhadd, inheggu lill-membri u partitarji taghna sabiex jghinu kemm fix-xoghol manwali u kemm mil-lat finanzjarju billi jaghtu donazzjoni halli  ntaffu l-ispejjez.