Roderick Bugeja LL.C.M.  F.L.C.M.

 

Roderick Bugeja huwa Qormi mwieled il-Pieta’ fit-2 ta’ Lulju 1978.  Beda jitghallem il-muzika meta kellu tmien snin fl-iskola tal-muzika Johann Strauss kif ukoll mal-banda Pinto gewwa Hal Qormi.  Fl-1989 hareg idoqq it-trumbetta ma l-istess banda u sitt snin wara beda jdoqq l-ewfonju. Roderick beda jdoqq ukoll mal-Banda Duke of Connaught’s Own fl-1990 fejn kienet l-ewwel Banda barranija u baqa jdoqq mal-Banda  sal-llum.  Roderick kiseb l-grad 8 fit-teorija tal-muzika, l-grad 6 bil-vjola u bl-ewfonju sal-grad 8, kollha b’distinzjoni. Huwa kompla l-istudju tieghu fuq l-istrumenti kollha tar-ram ma Mro. Paul Borg. Fl-1995 kiseb d-diploma LLCM u fl-1997 l-FLCM.  Roderick kompla l-istudji tieghu fl-armonijja u l-kuntrapunt mas-Surmast Lawrence Borg. Huwa jifforma parti mil-Orkestra Nazzjonali fejn huwa  l-Pricipal fis-sezzjoni tat-trumbuni.

 

Bl-ewfonju huwa dahal ghal kompetizjonijiet nazzjonali u aktar min darba kwalifika fit-tieni post. Ha parti bhala solista ma l-aqwa solisti internazjonali fuq l-ewfonju, fostom Robert Childs. Huwa daqq bhala solista ma diversi baned lokali. Ta’ 15 il-sena beda jghallem il-muzika fl-istitut Kattoliku u aktar tard fil-kazin tal-banda Pinto Qormi fejn illum jokkupa l-kariga ta’ assistant surmast.

 

F’ Novembru 2000 Mro. Bugeja gie mahtur Surmast direttur tal-Banda Vittorja tan-Naxxar fejn fl-2004 idderiega b’success program li inkluda Cantata ‘Bi Twelidek Rebbahtna’ ddedikatat lil Marija Bambina li giet ukoll irrekordjata fuq CD. Roderick ikkompona diversi marci brijjuzi, marci Religjuzi, marci  funebri, valz, ‘tone poem’ kif ukoll diversi arrangementi ghall-banda.
 

Roderick attenda diversi ‘seminars’ ma’ l- Ingliz Mr. Ian Davies. Fl-2003, gewwa Ruma, ippartecipa ma’ l- Orkestra Nazzjonali fl-operetta Candide ta’ Leonard Bernstein taht id-direzzjoni ta’ Mro.John De Main. Fil-karriera muzikali tieghu kellu x-xorti jdoqq ma artisti kbar fosthom meta l-Orkestra Nazzjonali kkumpanjat lit-Tenur ta’ Fama internazzjonali Andrea Bocelli u fit-2007 lit-tenur Jose Carreras.  F’Awwissu li ghadda Roderick gie mistieden biex idoqq bhala principal mal ‘Bewald Symphony Orchestra’ ta’ Stockholm taht id-direzzjoni ta’  Mro. Manfred Honeck. Fl-istess xhar attenda seminar fuq id-direzzjoni Orkestrali fil-qasam ta’ l-opri mal-professur Mro. Riccardo Muti.   F’Jannar ta’ l-2008 beda l-istudji tieghu sabiex ikompli jitharreg iktar fuq id-direzzjoni mas-surmast Joseph Sammut kif ukoll fuq il-pjanu mas-surmast Paul Borg.

 
Roderick Bugeja huwa membru tal- ‘Versitile Brass Ensamble’  immexxijja minn Mro. Paul Borg.. Fil-hin liberu tieghu Roderick ihobb jistudja fuq l-avjazzjoni, u fl-2005 kiseb il-licenzja ta’ pilota.